Sunday, December 22, 2024

“Id-Down Syndrome hija biss parti minni u ma tnaqqasli l-ebda valur”

Aqra wkoll

“Id-Down syndrome hija biss parti minni, mhijiex jien, ma tiddefinixix min jien, ma tnaqqasli l-ebda valur! Tagħmilni differenti imma mhux inqas”. Dan kien il-messaġġ li wasslet Graziella Bartolo Pizzuto fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ bintha Faith; ‘Up & Up with Faith’.

Fl-istess messaġġ, hija qalet li Faith tħobb tiżfen, tkanta, tirreċta, tħobb il-kumpanija, tħobb tara n-nies jifirħu u jiħku u tħobb tmur l-iskola. Iċ-ċkejkna Faith, li għandha erba’ snin tħobb lil kulħadd mingħajr limitu u mingħajr kundizzjoni.

Hekk kif illum qegħdin niċċelebraw il-jum dinji tad-Down Syndrome, hija ħeġġet lil kulħadd sabiex jilbes kalzetta differenti minn oħra. L-omm spjegat li l-kalzetti jirrappreżentaw il-kromosoma numru 21, dik li tagħmel lill-Faith differenti.

Ekonomija

Sport