Wednesday, March 27, 2024

“Iddiżappuntati għall-aħħar”… Imwaqqfin milli jagħmlu quddies fil-pjazza tal-Qrendi

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

L-aħbar li kellha titħassar il-Quddiesa Solenni tal-15 ta’ Awwissu, li kienet mistennija li ssir fil-pjazza tal-Qrendi, ħalliet lil bosta ddiżappuntati fosthom is-Soċjetà Mużikali Santa Marija tal-Qrendi.

Il-President ta’ din is-Soċjetà, Anthony Aquilina, qalilna li bħala Soċjetà jinsabu ddiżappuntati għall-aħħar għax wara li l-Parroċċa tal-Qrendi, flimkien mal-Fratellanza tas-Santissimu Sagrament, ġabu l-permessi mingħand l-awtoritajiet, kollox ġie mwaqqaf mis-Supretendent tas-Saħħa Pubblika.

Aquilina qalilna: “Il-Parroċċa flimkien mal-Fratellanza diġà kellhom il-permessi tal-Kurja, l-MTA, il-Kunsill Lokali, Transport Malta u l-Pulizija, imma għal xi raguni jew oħra s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika ħasset li kellha twaqqaf kollox. Kulmin kien qed jinkiteb kien ser ikollu jipprovdi ċertifikat tal-vaccin kontra l-Covid-19 u t-tfal bejn il-5 u l-11-il sena riedu jipprovdu swab test negattiv, jiġifieri ma nistgħux nifhmu x’differenza hemm bejn attività oħra fil-miftuħ u Quddiesa Solenni.”

Żied jgħid: “Is-sena li għaddiet ukoll iet organizzata l-Quddiesa Solenni fil-pjazza prinċipali tal-Qrendi, fejn imxejna mal-protokolli kollha ta’ dakinhar u ma kellna l-ebda każ ta’ Covid-19 minħabba dak organizzat.”

Aquilina temm jgħid: “Li ma jagħmilx sens hu li attivitajiet oħra li huma kummerċjali qed jitħallew isiru, imma biex tkun organizzata funzjoni reliġjuża sibna din l-oppozizzjoni.”

Ekonomija

Sport