Friday, May 3, 2024

Identifikata l-anzjana li mietet … kienet għadha kemm niżlet mill-coach

Tnejn oħra jsofru ġrieħi

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mara ta’ 80 sena residenti Ħal Għaxaq, ilbieraħ għall-ħabta tas-7.20pm tilfet ħajjitha hekk kif intlaqtet minn xarabank.

Fi stqarrija l-Pulizija qalu li kienu ġew informati li kien hemm bżonn l-assistenza fi Triq Ħal Far, iż-Żurrieq.

Il-Pulizija marru minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li mara ta’ 80 sena residenti Ħal Għaxaq, intlaqtet mill-istess xarabank tal-għamla Iveco li kienet niżla minnha. Il-vettura kienet misjuqa minn raġel ta’ 52 sena residenti Ħal Għaxaq.
Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku assistew lill-vittma, iżda sfortunatment il-mara kienet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Żewġ passiġġieri nisa oħra, waħda ta’ 64 u oħra ta’ 63, it-tnejn residenti Ħal Tarxien li ukoll kienu niżlin mill-istess vettura sofrew xi ġrieħi fl-inċident. Huma ttieħdu l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Aktar tard il-mara ta’ 63 ġiet iċċertifikata bi ġrieħi gravi, filwaqt li l-ġrieħi tal-mara l-oħra għadhom pendenti.

Ix-xufier ma sofriex ġrieħi.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Nadine Lia kienet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ilbieraħ: Anzjana titlef ħajjitha f’inċident f’Ħal Far

Bħalissa ħaddiema tas-salvataġġ għaddejjin b’operazzjoni f’Ħal Far, fejn seħħ inċident li fih kienu involuti xi anzjani.

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb talk.mt irriżulta li xi anzjani ttajru minn coach wara li kienu għadhom kif ħarġu minn attività li kienet qed issir f’Villa Blanche.

Minkejja l-isforzi kollha li saru mill-ħaddiema tas-salvataġġ, anzjana li nqabdet taħt il-kowċ ġiet iċċertifikata mejta fuq il-post.

Fil-post issejjaħ tim mediku u ambulanzi li ħadu żewġ persuni oħra minħabba xokk li sofrew fl-imsemmi inċident.

B’rabta mal-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Nadine Lia filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-pulizija għadhom għaddejjin.

Sport