Sunday, December 22, 2024

Identifikati l-erba’ persuni li mietu f’inċident bejn żewġ ħelikopters fl-Awstralja

Aqra wkoll

Koppja Ingliża flimkien ma’ Pilota minn Birmingham u mara Awstraljana huma identifikati bħala l-erba’ persuni li tilfu ħajjithom fil-ħabta li seħħet bejn żewġ ħelikopters qrib is-Sea World theme park fl-Awstralja.

Il-koppja Hughes

Ron (65 sena) u Diane Hughes (57 sena), huma tnejn mill-erba’ persuni li mietu fl-inċident traġiku li seħħ ilbieraħ waranofsinhar. Il-koppja minn Merseyside, li ngħaqdet fis-sagrament taż-żwieġ f’Awwissu tal-2021, kienu qegħdin l-Awstralja b’vaganza fejn żaru lil bint Ron, Jane Manns, u lin-neputijiet tiegħu.

Il-pilota, Ash Jenkinson (40 sena), li trabba’ f’West Midlands u li riċentament sar missier, huwa t-tielet vittma Ingliż.

Il-pilota, Ash Jenkinson

Fl-istess traġedja tilfet ħajjitha Vanessa Tadros, Awstraljana ta’ 36 sena u omm ta’ tifel t’għaxar snin. X’aktarx li l-koppja Hughes tiġi mis-Sinjura Tadros li kienet tinsab fuq il-ħelikopter ma’ binha Nicholas. It-tifel, b’xorti tajba għadu ħaj, iżda sfortunatament jinsab f’qagħda kritika.

Vanessa Tadros, Awstraljana ta’ 36 sena

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li wieħed mill-ħelikopters kien qed jipprepara biex jibda t-titjira, filwaqt li l-ieħor kien qed jillandja. Iż-żewġ ħelikopters ħabtu ma’ xulxin.

L-investigazzjonijiet tal-pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport