Sunday, May 19, 2024

Tennis: Novak Djokovic jingħata merħba kbira fl-Awstralja

Aqra wkoll

It-tennista Serb,Novak Djokovic, ingħata merħba kbira lura fl-Awstralja hekk kif lagħab fid-doubles fl-Adelaide International.

Huwa kien ġie deportat qabel l-Open tal-Awstralja tal-2022 minħabba l-istatus tiegħu ta’ tilqim tal-Covid-19.

Is-sospensjoni tal-viża ta’ tliet snin ta’ Djokovic ġiet revokabbli f’Novembru li għadda u għaldaqstant ippermettielu li jerġa’ jidħol fil-pajjiż.

Huwa u l-Kanadaiż Vasek Pospisil ġew megħluba 4-6 6-3 10-5 minn Tomislav Brkic u Gonzalo Escobar mar-ritorn tiegħu.

Il-player Serb gawda minn appoġġ kbir mill-folla matul il-logħba, milqugħ minn briju u kant ta’ “Novak, Novak” hekk kif għamel triqtu lejn il-court.

Djokovic, 35 sena, li bħalissa jinsab fil-ħames post fir-rankings mondjali, irreċiproka lejn dawk preżenti billi ffirma awtografi u ħa ritratti mal-partitarji.

Huwa jinsab bħala l-aqwa seed fis-singles f’Adelaide u se jiltaqa’ mal-Franċiż Constant Lestienne fl-ewwel round, nhar it-Tlieta, hekk kif ikompli l-preparazzjoni tiegħu għall-Open tal-Awstralja, l-ewwel Grand Slam tal-istaġun, li jibda fis-16 ta’ Jannar.

Djokovic huwa disa’ darbiet champion f’Melbourne u huwa biss titlu wieħed ta’ Grand Slam ’l bogħod mir-rekord ta’ Rafael Nadal … b’total ta’ 22.

Sport