Saturday, May 4, 2024

Jitwaqqa’ ħajt f’Tas-Sliema li kellu niċċa tal-Madonna tad-Duluri

Aqra wkoll

Ir-residenti ta’ Tas-Sliema għadhom kemm tilfu ħajt li għal snin twil kien jinkorpora miegħu niċċa tal-Madonna tad-Duluri. Ħabbar dan il-kunsill lokali ta’ din il-lokalità permezz ta’ messaġġ fuq il-midja soċjali.

Bħalissa f’Tas-Sliema għaddej proġett ta’ rinovazzjoni mill-Iskola ta’ San Ġużepp li jestendi sa Triq it-Torri.

Il-Kunsill min-naħa tiegħu sostna li jikkundanna dan l-att u appella lill-awtoritajiet rispettivi sabiex jieħdu l-azzjoni neċessarja biex jerġa’ jirritorna dan il-ħajt fl-istat li kien, kemm jista’ jkun malajr.

Sport