Tuesday, May 14, 2024

Sebastian Haller lura għat-taħriġ wara li fieq mill-kanċer

Aqra wkoll

L-attakkant Ivorjan, Sebastian Haller, ħabbar ir-ritorn tiegħu għat-taħriġ ma’ Borussia Dortmund … sitt xhur biss wara li ġie djanjostikat b’tumur fit-testikoli.

Il-player ta’ 28 sena kien irċieva l-aħbar ħażina f’Lulju li għadda wara li kien ingħaqad mal-club Ġermaniż għal £29 miljun b’kuntratt ta’ erba’ snin fejn eventwalment kellu bżonn il-imoterapija biex jikkura l-kanċer … u eventwalment sarulu żewġ operazzjonijiet bħala parti mit-trattament tiegħu.

Proprju t-Tlieta bagħat messaġġ lill-partitarji fuq il-media soċjali biex jirringrazzjahom tal-appoġġ kollu tagħhom matul il-perjodu diffiċli tiegħu u żvela li kien lura fiċ-ċentru tat-taħriġ tal-club, fejn se jkun qed jipprepara biex jagħmel id-debutt fil-ġimgħat li ġejjin.

“Hello ħbieb, fl-aħħar ġejt lura,” qal l-eks attakkant ta’ Ajax u West Ham fuq Twitter.

Bourissa jilagħbu l-ewwel logħba tagħhom mit-Tazza tad-Dinja kontra Augsburg fit-22 ta’ Jannar, u taw lil Haller madwar tliet ġimgħat biex jirkupra fil-ħin għal-logħba.

Haller ingħaqad ma’ Dortmund mingħand Ajax wara li  skorja 47 goal f’66 partita.

Sport