Sunday, May 5, 2024

Quddiesa b’suffraġju għall-Papa Emeritu Benedittu XVI

Aqra wkoll

Għada, l-4 ta’ Jannar 2023, l‑Arċisqof Charles Jude Scicluna se jiċċelebra quddiesa De Requiem għall‑Papa Emeritu Benedittu XVI fis‑6.30 p.m. fil‑Konkatidral ta’ San Ġwann fil‑Belt Valletta.

Kulħadd mistieden jattendi għal din iċ‑ċelebrazzjoni. Is‑saċerdoti huma mistiedna wkoll jikkonċelebraw f’din il‑quddiesa.

L‑għada, il‑Ħamis 5 ta’ Jannar, l‑Arċisqof se jirrappreżenta lill‑Knisja f’Malta fil‑funeral tal‑Papa Emeritu li se jsir fi Pjazza San Pietru, il‑Vatikan. F’Malta fil‑knejjes kollha tal‑Arċidjoċesi se tindaqq mota ta’ luttu f’12:00 p.m. fil‑ħin tad‑dfin tal‑Papa Emeritu; u matul il‑ġurnata jew f’ġurnata viċin se tiġi ċċelebrata quddiesa għal ruħu.

Sport