Thursday, July 23, 2026
Home Internazzjonali “Ir-Russja qed tippjana li teqred lill-Ukrajna b’iktar attakki”

“Ir-Russja qed tippjana li teqred lill-Ukrajna b’iktar attakki”

Il-President Ukren, Volodymyr Zelensky

0
529
Ritratt: L-Uffiċċju tal-President tal-Ukrajna

F’indirizz li għamel il-President tal-Ukrajna, Volodymyr Zelensky, qal li r-Russja ħejjiet pjan li tattakka lill-Ukrajna permezz ta’ drones Iranjani. Qal li l-għan ewlieni ta’ dan kollu huwa sabiex iġġiegħel lill-Ukrajna ċċedi kollox lir-Russja.

Dan intqal wara li Zelensky irċieva informazzjoni li r-Russja qiegħda tippjana biex iżżid l-attakki tagħha.

Madwar 80 drone Iranjani attakkaw l-Ukrajna matul l-ewwel jumejn tas-sena.

Huwa mistenni li fiż-żmien li ġej se jkun hemm iktar attakki bħal dawn li diġà seħħew. F’Lejliet l-Ewwel tas-Sena ġew sparati sitt rokits fir-Russja fejn 63 suldat Russu tilfu ħajjithom.