Tuesday, December 24, 2024

Iffirmat ftehim ma’ Victim Support Malta sabiex ikompli jsaħħaħ is-servizzi li joffru

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal kompla jsaħħaħ il-ħidma komunitarja permezz ta’ tisħiħ finanzjarju  ta’ ftehimiet soċjali illi għandu ma’ diversi organizzazzjonijiet mhux governattivi.

Għal dan il-għan, ġie ffirmat ftehim soċjali mal-Victim Support Malta li joffri servizzi mmexxija minn professjonisti fil-qasam soċjali u servizzi terapewtiċi, psikjatriċi, u anke legali għal persuni li jkunu għaddew minn xi diffikultajiet. Dan il-ftehim jammonta għal €600,000 mifruxa fuq 3 snin sabiex ikomplu jiġu offruti s-servizzi minn dan l-NGO.

“Permezz ta’ ftehimiet bħal dawn qed inkomplu nżidu l-viżibilità tagħna, u nilħqu dawk l-aktar illi għandhom bżonn  sapport. Kommessi li nkomplu nassistu lil dawn l-għaqdiet sabiex jibqgħu joffru lill-pubbliku dawn is-servizzi,” saħaq il-Ministru għall-Politika Soċjali u d-Drittijiet tat-Tfal Michael Falzon.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur ta’ Victim Support Malta  Karl Grech għamel appell sabiex min iħossu vulnerabbli, jew għadda minn esperjenza trawmatika, ma jibżax jitkellem b’mod kunfidenzjali ma’ din l-NGO, sabiex ikun jista’ jibda jibbenefika mit-terapija.

Ekonomija

Sport