Tuesday, May 21, 2024

Sewwieq ta’mutur bi ġrieħi gravi wara li kien involut f’inċident fl-Imsida

Aqra wkoll

Sewwieq ta’ mutur mill-Eġittu u li għandu 28 sena residenti l-Imsida qed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi wara li lbieraħ, għall-ħabta tas-7:30 p.m, kien involut f’inċident tat-traffikufi Triq D’Argens fl-Imsida.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur tat-tip Yamaha misjuq mill-vittma u karozza tat-tip Honda Fit misjuqa minn raġel mill-Bangladesh ta’ 43 sena residenti l-Marsa.

Is-sewwieq ta’ mutur ingħata l-għajnuna minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza għal aktar attenzjoni medika.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport