Tuesday, January 14, 2025

Iffirmat u tiġdid tal-ftehim ta’ ko-operazzjoni bejn il-Kunsilli Lokali u l-Entità Malta Libraries

Aqra wkoll

Nhar il-Ħamis, 19 ta’ Diċembru, 2024 fil-binja l-ġdida tal-Kunsill Lokali ta’ Ħat-Attard, ġew iffirmati u mġeddin tmin kuntratti ġodda ta’ ftehim ta’ ko-operazzjoni mis-Sindtki u s-Segretarji Eżekuttivi tal-Kunsilli Lokali tar-Reġjun tat-Tramuntana fil-presenza tal-President u s-Segretarju Eżekuttiv tal-istess Reġjun u l-Librar Nazzjonali u CEO u d-Deputat Librar Malta Libraries.

Fil-bidu taċ-ċeremonja, is-Sa Cheryl Falzon, Librar Nazzjonali u CEO Malta Libraries spjegat x’kien il-mottiv u l-għan ta’ dan il-ftehim li qed jiġi xprunat u stimulat minn studju li għaddej bħalissa fuq libreriji pubbliċi fejn tidħol infrastruttura u servizzi f’li dawn jirrispekkjaw il-livelli mixtieqa ta’ llum f’xenarju lokali. Hija qalet li kull rapport li qed jiġi kkompilat dwar kull librerija se jkun qed jiġi diskuss aktar ‘il quddiem ma’ kull Kunsill Lokali kkonċernat. Semmiet ukoll illi fl-isfera diġitali l-App preżenti tal-Malta Libraries se jiġi estiż biex jospita titli ta’ kotba bil-Malti għal xelta aktar vasta mill-pubbliku. Qalet ukoll illi l-proġett li nbeda fil-libreriji Reġjonali u Fergħat sabiex tinħoloq kollezzjoni speċjali dwar il-post fejn tinsab kull librerija se jkompli miexi ‘l quddiem u dan sabiex ikun hemm aktar għarfien dwar il-wirt kulturali ta’ kull lokalita’ f’Malta u Għawdex.

Fil-messaġġ tiegħu l-President tar-Reġjun tat-Tramuntana, Is-Sur Clifford Galea Vella ħeġġeġ lil dawk preżenti sabiex jieħdu vantaġġ minn skema ta’ fondi ta’ flus offruta mir-Reġjun tat-Tramuntana li tammonta għal €2,500 fejn dawn il-fondi jistgħu jintefqu għal skop ta’ manutenzjoni u xiri ta’ publlikazzjonijiet ġodda għal-libreriji.

Fi tmiem iċ-ċeremojja sar l-iffirmar tal-Ftiehim ta’ Ko-operazzjoni mas-Sindtki u s-Segretarji Eżekuttivi ta’ H’Attard, Mġarr (Malta); Mellieħa Mosta, Mtarfa, Naxxar, San Pawl il-Baħar u San Gwann li mbagħad ġie approvat finalment mill-President tar-Reġjiun tat-Tramuntana is-Sur Clifford Galea Vella u s-Segretarju Eżekuttiv, is-Sur Bjorn Bonello u s-Sa Cheryl Falzon, Librar Nazzjonali u CEO Malta Libraries fil-presenza tad-Deputat Librar, is-Sa Doreen Borg Zammit.

Dan il-pass kien qed jinawgura u jiftaħ it-triq sabiex il-Kunsilli Lokali ta’ Reġjjuni ‘l oħra isegwu dikament l-iffirmar tal-ftehim ta’ Ko-operazzjoni għal ġid tal-librerija fil-kommunita’ tagħhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport