Wednesday, April 24, 2024

Iħallu l-pajjiż 184 minn fost 208 persuni li nstabu f’Malta illegalment fl-aħħar ġimgħat

Aqra wkoll

Beda x-xogħol biex persuni li nstabu jgħixu illegalment f’pajjiżna ma jibqgħux jgħixu hawn. Bħala parti mill-ħidma marbuta ma’ operazzjonijiet konġunti bejn il-pulizija u forzi tal-ordni oħra  fl-aħħar jiem kienu kkordinati titjiriet biex dawn il-persuni jkunu jistgħu jħallu l-pajjiż.

Fl-operazzjonijiet tal-aħħar ġimgħat kienu arrestati 208 persuni li nstabu jgħixu f’Malta illegalment bin-nazzjonalitajiet tagħhom li kienu minn diversi pajjiżi Afrikani, Ażjatiċi, mil-Lvant tal-Ewropa, u mill-Amerka t’Isfel. Minn dawn hemm184 persuna li diġà ma għadhomx f’pajjiżna u l-ħidma għadha għaddejja b’rabta mal-kumplament tal-persuni. 

Fl-aħħar ġimgħat din il-ħidma kkordinata tat attenzjoni partikolari lil Raħal Ġdid, il-Fgura, il-Marsa, il-Ħamrun, Ħ’Attard, Buġibba, San Pawl il-Baħar u Għawdex. Fl-istess ħidma kien identifikat allegat ksur ta’ liġi ieħor tant li persuni tressqu l-qorti.

Sport