Thursday, April 25, 2024

Ike u Kaya llum jirrapreżentaw lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest

Aqra wkoll

Il-kantanti ċkejknin Ike Mizzi u Kaya Gouder Curmi llum se jkunu qed jirrapreżentaw lil pajjiżna waqt il-Junior Eurovision Song Contest ġewwa Parigi.

Huma se jkunu qed ikantaw fir-raba’ post fejn se jinterpretaw il-kanzunetta “My Home”.

Fl-aħħar sigħat, iż-żewġ kantanti ħabbru l-ftuħ tal-votazzjoni online, inkluż il-fatt li nistgħu nivvutaw lil pajjiżna stess flimkien ma’ żewġ pajjiżi oħra.

Biex wieħed jivvota wieħed jista’ jidħol fuq vote.junioreurovision.tv

F’kummenti li taw ftit qabel ma’ ġimgħa ilu bdew l-esperjenza tagħhom ġewwa Pariġi, Ike u Kaya qalu li jinsabu eċitati ħafna għal din l-esperjenza u li se jkunu qed jagħmlu ħilithom biex jiksbu l-aqwa riżultat possibbli.

YouTube video

Sport