Wednesday, April 24, 2024

Ikel differenti għall-klieb tas-santwarji f’dan il-Milied

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

Hekk kif il-Milied jinsab ftit tal-ġimgħat bogħod, The Island Sanctuary Malta, li jieħu ħsieb l-klieb abbandunati, f’messaġġ fuq il-midja soċjali nieda l-idea li għal din is-sena jingħataw donazzjonijiet ta’ ikel li jinkludu l-għaġin, bħal makkarunelli, timpana, lasagna u ross il-forn ilkoll imsajra mingħajr basal u tewm.

Fl-istess messaġġ is-santwarju qal li dan it-tip ta’ ikel jista’ jibda jingħata minn issa lis-santwarji kollha madwar pajjiżna bil-għan li jitqassam lil klieb f’Jum il-Milied u fl-Ewwel tas-Sena.

Għal dawk kollha li jistgħu jgħinu biex din l-idea tirnexxi jistgħu jagħmlu dan, billi jmorru fis-santwarju li jinsab f’Marsaxlokk kuljum bejn id-9:30 a.m u l-12:00 p.m.

Sport