Monday, May 13, 2024

Thomas Tuchel qed ifittex midfielder

Aqra wkoll

Il-kowċ ta’ Bayern Munich Thomas Tuchel appella lid-diriġenti tiegħu sabiex iġibulu plejer f’nofs il-grawnd minħabba li għandu bżonn lil xi ħadd f’dan ir-rwol tant importanti.

Hekk kif it-trasferiment ta’ Joao Palhinha weħel fi tmiem is-sajf li għadda minħabba intopp tal-aħħar minuta sabiex baqa’ ma’ Fulham, it-tim mill-Bavarja qed jaraw fejn jistgħu jmorru u s’issa hemm żewġ ismijiet li qed jissemmew u dawn huma Martin Zubimendi ta’ Real Sociedad u Casemiro ta’ Manchester United.

Zubimendi hu iktar favorit li jiġi fl-Allianz Arena għalkemm id-diriġenti Ġermaniżi jridu jinnegozjaw prezz mat-tim Spanjol.

Sport