Monday, May 13, 2024

BOV Plejer tax-Xahar: Luke Montebello tal-Ħamrun jirbaħ il-Premju ta’ Ottubru

Aqra wkoll

L-attakkant Internazzjonali Malti u ta’ Hamrun Spartans Luke Montebello huwa l-BOV Plejer tax-xahar għal Ottubru 2023.

Montebello salva punt importanti għal Hamrun fid-draw ta’ 1-1 kontra Sliema fejn l-attakkant prolifiku qabeż lid-difensur tiegħu, baqa dieħel fil-kaxxa u b’xutt qawwi ma ta l-ebda ċans lill-keeper ta’ Sliema ‘Al Tumi.

Iktar kmieni fix-xahar niżżel ismu fost l-iskorers fir-rebħa ta’ 4-0 ta’ Ħamrun fuq Naxxar meta fit-28 minuta, irċieva l-ballun minn daqqa ta’ ras ta’ Jonny, u b’mod eleganti dar mad-difensur tiegħu u tefa’ l-ballun wara l-goalkeeper ta’ Naxxar Debono għat-tieni gowl tal-Ħamrun.

Ottubru jidher li huwa xahar tajjeb għal Montebello, hekk kif rebaħ l-ewwel unur personali tiegħu f’Ottubru 2021 meta kien jilgħab ma’ Birkirkara u rebaħ it-tieni premju tiegħu wkoll f’Ottubru.

Silvio Cassar, Manager fi ħdan il-Bank of Valletta ppreżenta trofew kommemorattiv lil Montebello. Il-plejer għażel lil Puttinu Cares biex jibbenefikaw mid-donazzjoni assoċjata ma’ dan il-premju.

L-Unur tal-BOV Plejer tax-Xahar għandu l-għan li jippromwovi l-eċċellenza fl-isport f’konformità mal-impenn tal-Bank of Valletta lejn komunità aktar b’saħħitha permezz tal-isport. Il-premju jżid ukoll dimensjoni soċjali permezz ta’ donazzjoni monetarja mill-Bank lil organizzazzjoni tal-karità tal-għażla tal-plejer rebbieħ.

Sport