Monday, May 13, 2024

Mnauel Neuer u Sven Ulreich iġeddu għal Bayern Munich

Aqra wkoll

L-ogħla awtoritajiet ta’ Bayern Munich laħqu ftehim maż-żewġ gowlkipers tagħhom sabiex iġeddu l-kuntratt li għandhom u jilagħbu għal iktar żmien fl-Allianz Arena.

Fil-fatt Manuel Neuer u Sven Ulreich aċċettaw din il-proposta u għalhekk se jkunu qed jiffirmaw ftehim li jibqa’ sejjer sat-30 ta’ Ġunju 2025.

Neuer reġa’ beda jilgħab b’mod regolari mix-xahar li għadda wara l-inċident li kellu sena ilu fuq is-silġ. Min-naħa tiegħu, Ulreich hu t-tieni gowlkiper għalkemm stqarr li jinsab għal qalbu fil-Bavarja.

Sport