Għal sena oħra konsekuttiva, plejer ta’ Qormi Hockey Club ġie vvutat bħala l-Plejer tas-Sena mill-klabbs tal-hockey f’Malta.
Iker Francalanza, plejer irreġistrat ma’ Qormi Hockey Club li qatta’ l-istaġun 2025/2026 b’self ma’ White Hart, rebaħ dan il-premju individwali prestiġjuż bħala rikonoxximent tal-wirjiet eċċellenti tiegħu matul l-istaġun.
Dan is-suċċess huwa xhieda oħra tat-talent, id-dedikazzjoni u l-kwalità tal-plejers tagħna, li jkomplu jħallu l-marka tagħhom fil-hockey Malti.




