L-Imħallef tibgħat lill-ġurati jiddeliberaw il-verdett tagħhom dwar Lorin Scicluna

Aqra wkoll

L-Imħallef Natasha Galea Sciberras tfakkar lill-guratu li għandhom disa’ kapi t’akkuża li jridu jiddeċiedu fuqhom u li kull wieħed u waħda minnhom iridu jivvutaw b’mod individwali u jagħtu l-vot tagħhom lill-prim ġurat.

Terġa’ tfakkarhom li l-verdett ta’ Lorin Scicluna hu f’idejhom. Qalet li tifhem li għal ħafna minnhom dan mhux faċli imma bl-għajnuna t’Alla u bil-ġurament li ħadu quddiem Alla se jeżaminaw bir-reqqa kollha l-akkużi li l-Avukat Ġenerali ressaq fil-konfront ta’ Lorin Scicluna.

Tfakkar li l-akkużat għandu d-drittijiet tiegħu u li għadu jgawdi mill-presunzjoni tal-innoċenza, imma mill-banda l-oħra jridu jaraw l-interessi tar-repubblika ta’ Malta. Fakkrithom li d-deċiżjoni tagħhom trid tkun li ‘l hinn minn kull dubju raġjonevoli.

L-Imħallef tibgħat lill-ġurati jiddeliberaw

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport