Friday, May 3, 2024

Ikollu jitgħallem “malajr” kif iniżżel ajruplan wara li l-pilota ħassu ħażin

Aqra wkoll

Passiġġier abbord ajruplan żgħir irnexxielu jniżżel b’mod sigur dan l-ajruplan ġewwa Florida wara li l-pilota ħassu ħażin. 

Fir-rekording tad-diskussjoni li Darren Harrison kellu mat-torri tal-kontroll, hu jinstema’ jgħid li abbord dan l-ajruplan qiegħda “tiżvolġi sitwazzjoni serja”. Ġara li l-persuna li kienet ġewwa t-torri tal-kontroll kien ukoll jagħti korsijiet ta’ taħriġ dwar kif għandek ittajjar ajruplan u dan għenu biex jagħmel inżul sigur fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Palm Beach ġewwa Florida. 

Wara dan il-każ, iż-żewġ persuni ltaqgħu u ħadu ritratt flimkien. S’issa għadu mhux magħruf x’wassal biex il-pilota ħassu ħażin, u hu mifhum li fil-preżent qiegħed jingħata l-kura ġewwa l-isptar. 

Sport