Sunday, October 27, 2024

Ikompli jikber it-tħassib fuq l-industiriji tal-plastik u l-fossil fjuwils

Aqra wkoll

Qed ikompli jikber it-tħassib fuq il-fossil fjuwils u l-industriji tal-plastik, bi stħarriġ ġdid juri li l-maġġoranza tal-votanti tal-Amerikani, inkluż 54% tar-Repubblikani jappoġjaw sforzi legali li jżommu dawn is-setturi kontabbli. 

Dawn l-indurstriji kienu qed jaffaċjaw skrutinju akbar għall-irwol tagħhom fil-kriżi globali tat-tniġġis tal-plastik. Dan jinkludi wkoll investigazzjoni li hemm għaddejja f’Kalifornja u għexieren oħra ta’ każi, li kienu ppreżentati matul dawn l-aħħar għaxar snin, fil-konfront ta’ diversi kumpaniji li jagħmlu bejgħ ta’ plastik. 

Minn riċerka li kienet ippublikata aktar kmieni din is-sena, instab li l-produtturi tal-plastik kienu ilhom jafu għal snin twal li r-riċiklaġġ tal-plastik huwa ineffiċjenti u għoli wisq biex xi darba issir soluzzjoni għal l-immaniġġjar tal-iskart. 

Ross Eisenberg li jifforma parti minn grupp tal-Kunsill Amerikan tal-Kimika, qal li huwa ta’ diżappuntant li n-nies qed jiffukaw fuq l-iżbalji li hemm fl-industrija tal-plastik u mhux jiffukaw u jagħtu attenzjoni fuq ir-realtá. 

Sport