Tuesday, September 24, 2024

Jinżamm taħt ordni ta’ probation wara li ammetta li hedded lill-eks mara

Aqra wkoll

Raġel ta’ 36 sena residenti l-Fgura tpoġġa taħt ordni ta’ probation għal perjodu ta’ sentejn, wara li ammetta li kien vjolenti u li hedded lill-eks mara.

Fil-Qorti, il-Prosekkuzzjoni spjegat kif l-imputat Godwin Tabone, bl-imġieba tiegħu hedded lill-mara u li kawża ta’ hekk ikkaġunalha biża’ kbira. Tabone ġie mixli wkoll li għamel xi ħsarat fil-kaxxa tal-ittri, liema spejjeż jammontaw għal xejn inqas minn €50.

Quddiem il-Maġistrat Monica Vella, l-imputat ammetta għall-akkużi kollha miġjuba kontrih, filwaqt li spjega li kien lest li jħallas l-ispejjeż tal-ħsarat li saret fil-kaxxa tal-ittri.

Il-Maġistrat Vella poġġiet lil Tabone ukoll fuq ordni ta’ trattament għal perjodu ta’ sentejn biex fost oħrajn jikkontrolla r-rabja. Il-Maġistrat Vella spjegatlu li b’din l-ordni, se jingħata ċ-ċans jitkellem ma’ xi ħadd biex jitgħallem kif jikkontrolla l-emozzjonjiet tiegħu, għaliex kieku ma tax daqqa ta’ ponn lill-kaxxa tal-ittra, kieku ma tressaqx il-Qorti b’idejh il-leminija fil-ġibs.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ trażżin fil-konfront ta’ Tabone għall-protezzjoni tal-eks mara tiegħu għal sentejn.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport