2,844 każ ta’ vjolenza domestika rreġistrati matul l-2025 – aktar irġiel qed ifittxu l-għajnuna

Aqra wkoll

Matul l-2025, il-Fondazzjoni għal Servizzi ta’ Ħarsien Soċjali (FSWS) irreġistrat 2,844 każ marbut mal-vjolenza domestika, li involvew 2,622 persuna.

Dan żvelah il-Kap Eżekuttiv tal-FSWS, Alfred Grixti, f’konferenza nazzjonali dwar il-vjolenza domestika bit-tema ‘Protect Survivors. Ensure Justice’, fl-okkażjoni tal-Jum Internazzjonali għall-Eliminazzjoni tal-Vjolenza kontra n-Nisa, li nnota wkoll żieda fl-għadd ta’ rġiel li qed ifittxu l-għajnuna minħabba sitwazzjonijiet ta’ vjolenza domestika.

Grixti ħabbar li nkiseb il-finanzjament biex jiġi estiż ix-xelter Għabex, permezz ta’ 14-il appartament żgħir li se jkomplu jsaħħu s-servizzi ta’ protezzjoni u appoġġ.

Huwa esprima wkoll tħassib dwar l-effetti tal-vjolenza psikoloġika fuq it-tfal, filwaqt li saħaq fuq l-importanza tal-prevenzjoni, l-għarfien u l-kollaborazzjoni bejn l-entitajiet biex jiġu protetti l-vittmi u l-familji tagħhom.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport