Thursday, March 28, 2024

Ikompli jinkisru aktar rekords fl-age groups tal-għawm

Aqra wkoll

Aktar Age Group Records ġew stabbiliti fit-tieni jum tal-Kampjonati Nazzjonali tal-Għawm imtella’ mill-Assoċjazzjoni Sport Akwatiku ta’ Malta fil-Pixxina Nazzjonali f’Tal-Qroqq.

Caine Schembri u Ella Fenech Attard komplew fuq ir-riżultati tajbin li kisbu l-bieraħ.

Schembri stabbilixxa rekord ta’ Age Group B fl-avveniment tal-200m Breastroke. Il-ħin ta’ Schembri ta’ 2:42,54 għeleb ir-rekord li hu stess stabbilixxa sena ilu fil-Gżira. Il-ħin preċedenti kien 2:44,84.

Fenech Attard għelbet ir-rekord tagħha stess ta’ Age Group B fil-100m Butterfly, meta tjiebet il-ħin li stabbilixxiet ilbieraħ. Ir-rekord il-ġdid issa huwa ta’ 1:11,40.

Matthew Satariano stabbilixxa rekord ġdid tal-100m Butterfly. Ir-rekord preċedenti, li kien ġie stabbilit minn Satariano stess f’Novembru 2021 fil-Gżira, issa ġie sostitwit minn dak stabbilit illum ta’ 1:11,40.

Satariano stabbilixxa wkoll rekord ġdid ta’ Age Group fil-50m freestyle. Ir-rekord li kien ġie stabbilit lura fl-2013 minn Jeremy Bugeja issa jinsab f’0:26,57.

 L-aħħar ġurnata tal-Kampjonati Nazzjonali tkompli nhar it-Tnejn 13 ta’ Diċembru fl-1000hrs. Live streaming tal-avveniment se jkun ospitat fuq il-kanal YouTube tal-ASA.

Ekonomija

Sport