Tuesday, April 16, 2024

Ikompli jissaħħaħ is-settur tas-saħħa… Jingħaqdu 125 infermier ġdid

Aqra wkoll

Is-servizz tas-saħħa pubblika kompla jissaħħaħ bl-ingaġġ ta’ 125 infermier din is-sena, is-sena  ddedikata għall-infermiera u l-qwiebel.  

Din hija l-ewwel sena li ssieħbu fis-servizz tas-saħħa infermiera li ggradwaw mill-Università ta’  Northumbria. Fil-fatt, 17-il infermier iggradwaw mill-Università ta’ Northumbria filwaqt li 108  iggradwaw mill-Università ta’ Malta.  

Waqt żjara lil uħud minn dawn l-infermiera ġodda fl-Isptar Mater Dei, id-Deputat Prim Ministru u  Ministru għas-Saħħa Chris Fearne awguralhom suċċess f’ din il-karriera li teħtieġ vokazzjoni kbira.  

Hu fakkar kif matul ix-xhur tal-pandemija, il-Gvern żied in-numru ta’ swali, ta’ sodod u ta’ faċilitajiet  oħra biex is-sistema tas-saħħa tkun kapaċi tlaħħaq mal-kura tal-pażjenti bil-COVID-19 fl-istess ħin  li tkompli toffri servizzi essenzjali lil pażjenti l-oħra u li biex dan kien possibbli kien neċessarju wkoll  żieda fin-numru ta’ professjonisti tas-saħħa, fosthom l-infermiera. 

Mill-2018 ’l hawn iggradwaw 442 infermier biex b’kollox f’pajjiżna għandna ’l fuq minn tlett elef u  disa’ mitt infermier joffru s-servizzi tagħhom f’oqsma diversi tas-saħħa. 

Ekonomija

Sport