Thursday, April 18, 2024

Sewwieq ta’ mutur isofri ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tal-mutur

Aqra wkoll

Raġel ta’ 30 sena residenti l-Belt Valletta, ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut  f’inċident tat-traffiku.  

Kienu għall-ħabta tal-10:30 a.m, x’ħin il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm  bżonn l-assistenza tagħha fi Triq Nazzjonali, il-Furjana.  

Il-Pulizija tad-Distrett marru mill-ewwel fuq il-post u minn investigazzjonijiet preliminari  li saru rriżulta li r-raġel tilef il-kontroll tal-mutur Honda li kien qed isuq u waqa’.  

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ta l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar  Mater Dei għall-kura meħtieġa. Iktar tard, hu ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.  

Ekonomija

Sport