L-Iżrael wettqet attakk ieħor fil-belt tan-Nofsinhar ta’ Khan Younis f’Gaza, li konsegwenza t’hekk inqatel l-ogħla mexxej politiku tal-Ħamas, Salah al-Bardaweel. Dan ġie kkonfermat minn uffiċjal tal-Ħamas kmieni l-Ħadd filgħodu.
Sa issa l-uffiċċjali Iżraeljani ma taw l-ebda kumment dwar dan. Nhar it-Tlieta l-militar ta’ Iżrael reġa’ wettaq attakki sinjifikanti f’Gaza, u ta t-tort lill-Ħamas, talli dan abbanduna il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li beda fid-19 ta’ Jannar.
Il-Ħamas ċaħad l-akkużi Iżraeljani u, min-naħa tiegħu, akkuża lill-Iżrael li kiser il-ftehim ta’ waqfien mill-ġlied li ġie ffirmat u ssenserija mill-Qatar, l-Eġittu u l-Istati Uniti.