Tuesday, April 30, 2024

Ikomplu l-investigazzjonijiet biex jiġi identifikat it-tifel li nstab mejjet f’bagalja

Dan il-każ seħħ fl-Istati Uniti

Mandy Cilia
Mandy Cilia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tifel żgħir ta’ madwar 5-8 snin ta’ karnaġġjon skur u li għadu ma ġiex identifikat, instab mejjet f’bagalja f’Washington.

Minn awtopsja li saret fuq il-katavru tat-tifel jidher li x’aktarx miet kawża ta’ nixfa kbira.

Kaċċatur li kien qiegħed fil-foresta nduna b’din is-sejba u ċempel immedjatament il-pulizija biex jirraporta li sab bagalja b’katavru ġo fiha. 

L-investigaturi li qed jieħdu ħsieb dan il-każ ma jeskludux il-possibbiltà li t-tifel jista’ jkun li mhuwiex minn Washington jew saħansitra li lanqas huwa Amerikan. 

Il-pulizija taħseb li t-tifel miet ġimgħa qabel instab u li x’aktarx kien ġa mejjet qabel tpoġġa fil-bagalja minħabba li s’issa ma nstabet l-ebda evidenza li turi mod ieħor.

L-investigazzjonijiet b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin. 

Sport