Wednesday, July 24, 2024

Ikomplu t-tfittxijiet għal persuni rapportati nieqsa wara l-għargħar fl-Indja

Aqra wkoll

L-operazzjonijiet ta’ salvataġġ daħlu fit-tielet jum wara li għargħar fl-istat ta’ Sikkim, fl-Indja, ħalla ‘l fuq minn 100 persuna nieqsa, inkluż 22 uffiċjal tal-armata. Il-Ħamis filgħaxija, l-uffiċjali qalu li minn tal-inqas 19-il persuna tilfu ħajjithom kawża tal-għargħar. 

Mijiet ta’ ħaddiema tas-salvataġġ marru fuq il-post bil-għan li jfittxu lill-persuni li għadhom irrapportati nieqsa. F’dan l-istess għargħar ġew affettwati ‘l fuq minn 22,000 persuna b’ħafna minnhom jinsabu maqbuda f’Lachen u Lachung li jinsabu fit-Tramuntana ta’ Sikkin. 

L-armata qalet li qiegħda tipprovdi ikel u mediċini lil dawk affettwati filwaqt li estendiet faċilitajiet ta’ komunikazzjoni għar-resideti u anke għat-turisti milquta mill-għargħar. 

L-iskejjel u l-kulleġġi kollha f’dan l-istat se jibqgħu magħluqa sal-15 ta’ Ottubru minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp. Sadanittant, kienu rrapportati wkoll ħsarat fl-infrastruttura, inklużi toroq u pontijiet. 

Ekonomija

Sport