Friday, May 3, 2024

Iktar impenji internazzjonali għal referees Maltin mill-UEFA Europa Conference League

Aqra wkoll

Ir-referee tal-FIFA Philip Farrugia se jkun qed jmexxi l-partita illejla mill-UEFA Europa Conference League bejn it-tim Sloven NK Olimpija Ljubljana li f’darhom fil-kapitali Slovena ta’ Ljubljana se jkunu qed jiffaċċjaw lit-tim mill-Gżejjer Faroe, KÍ Klaksvík.

Għal din il-partita, Philip se jkun assistit minn Alan Camilleri u Duncan Sultana bħala l-Assistenti Referees tiegħu, filwaqt li referee ieħor tal-FIFA Trustin Farrugia Cann se jkun ukoll parti mit-tim Malti fl-istat tal-Balkani li se jkun ir-raba’ uffiċjal.

Din il-ħatra hija meqjusa bħala waħda prestiġjuża għall-uffiċjali tal-logħba lokali, peressli dan huwa round kruċjali fil-fażi tal-gruppi, bil-Video Assistant Referee se jkun qed jopera wkoll waqt il-partita.

Il-Malta FA bagħtet l-isbaħ xewqat lill-erba’ uffiċjali lokali tal-partita f’din il-ħatra internazzjonali sinjifikanti li se tintlagħab aktar tard illum il-Ħamis.

Sport