Il-kwistjoni tal-bastiment li jtajjar bandiera Maltija, l-MV Ruen, reġgħet ħarġet fil-midja u dan hekk kif issa qed isiru akkużi li hemm il-possibilità li qed jintuża biex isiru attakki fuq bastimenti oħra.
Il-bastiment inħataf tlett xhur ilu u fuqu kien hemm 18-il membru tal-ekwipaġġ. Wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ kellu jiġi evakwat wara li ndarab.
Fuq dan il-każ, l-armata Indjana ħadmet mal-awtoritajiet Maltin biex issegwi l-bastiment iżda l-pirati żammew it-tmexxija tal-bastiment.
Inħarġu rapporti fejn indikaw li l-MV Ruen deher ibaħħar madwar 160 mil nawtiku minn żona partikolari fis-Somalja.