Wednesday, July 24, 2024

Il-bastiment li jtajjar bandiera Maltija maħtuf fis-Somalja 

... B’akkużi li qed jintuża f’attakki mill-pirati

Aqra wkoll

Il-kwistjoni tal-bastiment li jtajjar bandiera Maltija, l-MV Ruen, reġgħet ħarġet fil-midja u dan hekk kif issa qed isiru akkużi li hemm il-possibilità li qed jintuża biex isiru attakki fuq bastimenti oħra.

Il-bastiment inħataf tlett xhur ilu u fuqu kien hemm 18-il membru tal-ekwipaġġ. Wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ kellu jiġi evakwat wara li ndarab.

Fuq dan il-każ, l-armata Indjana ħadmet mal-awtoritajiet Maltin biex issegwi l-bastiment iżda l-pirati żammew it-tmexxija tal-bastiment.

Inħarġu rapporti fejn indikaw li l-MV Ruen deher ibaħħar madwar 160 mil nawtiku minn żona partikolari fis-Somalja.

Ekonomija

Sport