Friday, May 3, 2024

Il-bejgħ tal-club ta’ Chelsea approvat mill-Premier League b’mod uffiċjali

Aqra wkoll

Il-bejgħ tal-club ta’ Chelsea ġie approvat mill-FA Ingliża kif ukoll mill-Gvern Ingliż bil-konsegwenza li fis-sigħat li ġejjin se toħroġ il-konferma li l-Pensioners għandhom sidien ġodda.

Konsorzju mmexxi minn Boehly, is-sid ta’ Los Angeles Dodgers tal-baseball, kien diġà laħaq ftehim ta’ £4.25 biljuni biex jixtri l-club tal-Premier League mingħand is-sid Roman Abramovich, fis-7 ta’ Mejju li għadda. 

Stqarrija tal-Premier League kienet tgħid: “Il-Bord tal-Premier League illum approva x-xiri propost ta’ Chelsea Football Club mill-Konsorzju Todd Boehly/Clearlake.

“Dan ix-xiri jibqa’ suġġett għall-Gvern (Brittaniku) li joħroġ il-liċenzja tal-bejgħ meħtieġa u t-tlestija sodisfaċenti tal-istadji finali tat-tranżazzjoni.”

L-uffiċjali jixtiequ li sal-Erbgħa jkun kollox finalizzat biex ikunu jistgħu jegħlbu l-iskadenzi kollha tar-reġistrazzjoni għall-kompetizzjonijiet tal-istaġun li ġej.

Min-naħa ta’ sors tal-gvern qal: “Issa verament nemmnu li l-liċenzji meħtieġa se jkunu maħruġa.”

Sport