Saturday, March 22, 2025

“Il-Belt ta’ llum u ta’ dari … żminijiet differenti … imma llum belt aktar ħajja”

Victor Vella
Victor Vella
Ġurnalist

Aqra wkoll

Niftakar żmien f’nofs is-snin disgħin li kont għadni kif bdejt naħdem. L-uffiċini kienu fil-Belt Valletta. Darba kull tlett ġimgħat kien imissni xift filgħaxija sad-9.00. Kienet il-qatla tiegħi jekk ikun hemm xi biċċa xogħol f’Dar il-Mediterran fit-tarf. X’ħin tintemm il-biċċa xogħol f’xi sala f’Dar il-Mediterran kont toħroġ u jkun dalam b’mod partikolari fix-xitwa. Barra kien ikun baħħ, kif jgħid il-Malti toqtol u tidfen. Illum belt totalment differenti. Dwar dan tkellimna ma’ Emanuela, magħrufa bħala Lilly. Tispjegalna kif kienet il-belt fi tfulitha. L-esperjenzi tal-gwerra. Il-Mandraġġ u x’tiftakar. Ma jonqosx li ssemmi Strada Stretta.

“Niftakarha fl-aqwa tagħha. Minn fuq il-bejt konna naraw il-baħrin.  Kien ikun hemm ħafna ġlied. Il-barmaids ħafna ninnhom kienu jkunu taħt is-sur. Aħna kellna l-bejt jagħti għal hemm. Meta konna tfal ma konniex nistgħu ngħaddu minn hemm. Ma kinux jieħu pjaċir ngħaddu minn hemm.   Anki meta konna nmorru l-Manuel kienu jimpeduna milli ngħaddu minn hemm”.

“Ilħaqtha fl-aqwa tagħha.  Kien ikun hemm ħafna ġlied.  Il-baħrin kienu jitolbu  l-indirizz lill-barmaids u dawn kienu jtuhom indirizz ħażin. Imbagħad imorru jħabbtu f’dak l-indirizz u jinqala’ l-ġlied. Il-Maltin kienu jsawwtuhom ħafna lill-baħrin. Niftaħar stabbilimenti bħall-Morning Star, l-Illustrious, il-Lord Nelson. Il-Morning  Star kien l-aħħar wieħed ħdejn il-baħar.  Konna nmorru fuq is-sur biex narawhom jiżfnu”

“Il-Morning Star kienu jġibu żeffiena minn barra.  It-tifel taz-zija kien iżżewweġ waħda miż-żeffiena li kienet Ungeriża. Dak iż-żmien kien tabu. Niftakar inmorru għandhom u kienet tkun liebsa libsa trasparenti. Kienu joqogħdu Tas-Sliema. Fuq Strada Stretta irrid ngħid ukoll li meta kien jinġab mużiċist tajjeb minn barra, dan kienu jeħduh Strada Stretta”.

“Metą jiġi xi mużiċist u trid tarah, hemm ridt tmur. Kien ċentru ta’ kultura. Ġlied kbir kien ikun hemm ħafna fit-toroq. Aħna konna narawhom mill-gallarija. Min jaf kemm għajjatna ‘ħalluhom ja annimali”. Konna naqbżu għall-baħrin għax kienu jsawwtuhom ħafna. Kienu ikun hemm ħemel ta’ Maltin u jduru xi baħri u jħalluh għal mejjet fl-art”, tgħid Emanuela.

Intervista sħiħa għada f’IT-TORĊA.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport