Sunday, December 22, 2024

Il-BOV b’kampanja ta’ informazzjoni ffukata fuq is-soluzzjoni ta’ Self Personali

Aqra wkoll

Self personali huwa probabbilment wieħed mill-aktar prodotti bażiċi ta’ finanzjament. Madankollu, hemm ħafna varjabbli li jidħlu fis-seħħ meta wieħed jikkunsidra finanzjament. Id-deċiżjoni li javviċina bank għal finanzjament biex jissodisfa ħtieġa personali hija unika daqs il-klijent. “Dawn huma kollha kunsiderazzjonijiet li ħarisna lejhom meta rrevedejna l-portafoll tas-self personali tal-Bank,” spjegat Marisa Said li tmexxi l-fergħa tal-Consumer and Microbusiness Lending tal-Bank.

“Evalwajna fid-dettall din is-soluzzjoni ta’ finanzjament, biex ikunu ċerti li tindirizza t-tħassib u l-ħtiġijiet tal-klijenti tagħna meta jkunu qed jikkunsidraw li jieħdu tali prodott,” spjegat is-Sinjura Said. Il-Bank ħares lejn l-esperjenza tal-klijent biex jagħmel il-proċess kollu, mill-bidu sal-punt li jasal biex jieħu l-flus, bla xkiel u mingħajr dewmien. Ma ħarisniex lejn is-self personali waħdu biss. Ħarisna lejh ukoll bħala element ewlieni fi pjan finanzjarju ħolistiku. Saret ukoll analiżi bir-reqqa tal-firxa ta’ benefiċċji tal-prodott. Hawnhekk żammejna quddiem għajnejna l-bżonnijiet attwali tal-klijent tal-lum. Fost il-benefiċċji offruti hemm kopertura tal-ħajja b’xejn għal kwalunkwe self mhux garantit jew anke parzjalment garantit sa EUR 25,000. Barra minn hekk, estendejna t-terminu ta’ ħlas lura għal 15-il sena, u naqqasna t-tariffa tal-ipproċessar għal 0.15% tal-ammont tas-self.

Il-kampanja l-ġdida li qed titnieda mill-Bank titfa’ l-attenzjoni tagħha fuq bżonnijiet differenti li normalment jiltaqa’ magħhom il-klijent bħal proċeduri mediċi u kożmetiċi. Kif qal Daniel Magrin, li huwa responsabbli mill-Marketing u l-Product Lifecycle Management tal-Bank, “Fil-Bank of Valletta, aħna nfittxu li nifhmu l-ħtiġijiet tal-klijenti tagħna u nipprovdu soluzzjonijiet li jżidu l-valur biex jindirizzaw b’mod adegwat il-bżonnijiet tagħhom tul il-vjaġġ ta’ ħajjithom. Fil-fatt, l-għażla tagħna ta’ materjal ta’ komunikazzjoni jiffoka fuq xenarji ta’ klijenti reali.”

Il-klijenti li jixtiequ jistaqsu dwar is-Self Personali tal-BOV jew jitolbu kwotazzjoni jistgħu jagħmlu dan direttament fuq is-sit elettroniku www.bov.com/personalloans. Jistgħu jagħżlu wkoll li jiffissaw appuntament mal-fergħa tal-għażla tagħhom permezz tal-websajt, jew billi jċemplu lit-Tim tagħna tas-Servizzi tal-Klijent fuq 356 2131 2020 jew bl-email fuq [email protected].

Ekonomija

Sport