Thursday, April 24, 2025

IL-BOV INIEDI KAMPANJA DWAR FONDI TA’ INVESTIMENT 

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta plc (BOV) huwa impenjat li jgħarraf u jagħti s-setgħa lill-klijenti tiegħu biex jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-finanzi tagħhom, li jwasslu għal riżultati ta’ aktar benefiċċju. F’konformità ma’ dan l-impenn, il-Bank għadu kif nieda Kampanja dwar Fondi ta’ Investiment, li tipprovdi lill-klijenti opportunitajiet uniċi ta’ investiment sabiex jiddiversifikaw u jkabbru l-portafolli tagħhom.

Matul din il-kampanja, li se tibqa’ għaddejja sat-30 ta’ Ġunju 2025, il-BOV qed joffri aċċess għas-swieq globali permezz ta’ skont ta’ 50% mit-tariffi inizjali għall-Fondi ta’ Investiment tal-BOV, speċifikament it-tliet fondi: il-BOV Conservative Portfolio Fund, il-BOV Balanced Portfolio Fund, u l-BOV Growth Portfolio Fund.

Dawn it-tliet proposti ta’ investiment jipprovdu lill-investituri potenzjali, l-opportunità li jħaddmu flushom b’mod għaqli skont l-objettivi u l-profil tar-riskju tagħhom, u skont f’liema stat jinsabu fiċ-ċiklu tal-ħajja finanzjarja tagħhom.

Dan il-grupp ta’ fondi jinkludi strateġiji ta’ investimenti orjentati lejn it-tkabbir, dawk ibbilanċjati u oħrajn konservattivi. Id-distinzjoni ewlenija bejn il-BOV Conservative Portfolio Fund, il-BOV Balanced Portfolio Fund u l-BOV Growth Portfolio Fund tinsab fil-livell tar-riskju li kull fond iġorr u l-benefiċċji potenzjali assoċjati magħhom.

Il-BOV Growth Portfolio Fund huwa mmirat lejn dawk l-investituri b’tolleranza ogħla għar-riskju. L-objettiv tiegħu huwa li jikseb tkabbir kapitali fit-tul permezz ta’ investiment f’portafoll diversifikat bi strateġija ta’ investiment b’riskju medju sa għoli.

Il-BOV Balanced Portfolio Fund huwa mmirat lejn dawk l-investituri li qed ifittxu taħlita ta’ tkabbir tal-kapital u dħul. Għandu l-għan li jipprovdi tkabbir kapitali fit-tul billi jinvesti f’portafoll diversifikat bi strateġija ta’ investiment b’riskju medju.

Il-BOV Conservative Portfolio Fund għandu strateġija aktar konservattiva, immirata lejn dawk l-investituri li għandhom tolleranza baxxa ħafna għar-riskju u għandu l-għan ewlieni li jiġġenera dħul. Dan il-fond jipprovdi taħlita ta’ introjtu u tkabbir kapitali fit-tul billi jinvesti f’portafoll diversifikat bi strateġija ta’ investiment b’riskju baxx sa medju.

Il-Fondi ta’ Investiment tal-BOV jinvestu globalment f’diversi reġjuni, swieq u klassijiet ta’ assi. L-allokazzjonijiet għal klassijiet differenti ta’ assi jinbidlu skont il-fehmiet tal-manager f’dak il-mument. Hekk kif l-opportunitajiet fis-swieq tal-investiment jinbidlu, il-persuna li timmaniġja l-investiment taġġusta l-espożżizjonijiet għal klassijiet ta’ assi differenti biex tibbenefika minn dawn l-opportunitajiet. 

Kull min huwa interessat f’wieħed mill-Fondi ta’ Investiment tal-BOV jista’ jagħmel appuntament billi jimla din formola. Aktar dettalji jistgħu jinkisbu fuq www.bov.com jew fuq 2131 2020.

Il-prestazzjoni tal-passat mhijiex garanzija għall-prestazzjoni tal-futur. Il-valur tal-investiment jista’ jonqos kif ukoll jitla’ u kull tariffa inizjali tista’ tnaqqas l-ammont investit u l-ammont riċevut mit-tifdijiet. L-investimenti għandhom ikunu bbażati fuq id-dettalji sħaħ tal-Prospett, is-Suppliment tal-Offerta u d-Dokument bit-Tagħrif Ewlieni li jista’ jinkiseb minn BOV Asset Management Limited, Bank of Valletta p.l.c. Fergħat/Ċentri ta’ Investiment.L-investimenti sottostanti għal dan il-prodott finanzjarju ma jqisux il-kriterji tal-UE għal attivitajiet ekonomiċi ambjentalment sostenibbli. Il-Fondi ta’ Investiment tal-BOV huma fondi kuntrattwali komuni liċenzjati mill-MFSA u jikkwalifikaw bħala UCITS. BOV Asset Management Limited of Premium Banking, Premium Banking Centre, 475, Triq il-Kbira San Ġużepp, Santa Venera SVR1011 hija liċenzjata biex twettaq servizzi ta’ investiment f’Malta skont l-Att dwar is-Servizzi ta’ Investiment (Kap. 370 tal-liġijiet ta’ Malta) mill-MFSA. Il-Fondi huma manifatturati minn BOV Asset Management Limited u distribwiti mill-Bank of Valletta p.l.c.

Artiklu preċedenti

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport