Il-fergħa tal-BOV tal-Marsa se tingħalaq b’mod temporanju mil-lum wara li terza persuna nstabet pożittiva għall-Covid-19.
Il-BOV qal li ċ-ċekkijiet iddepożitati nhar l-Ġimgħa 16 ta’ Ottubru permezz tac-Cheque Deposit Box se jiġu pproċessati wara l-20 ta’ Ottubru.
Il-Bank qal ukoll li l-faċilità tan-Night Safe ta’ din il-fergħa għalissa mhux se tkun disponibbli. Fi stqarrija l-BOV qal li l-fergħa se tiġi diżinfettata u terġa’ tinfetaħ meta jkun aċċertat li hija sigura għall-klijenti u l-impjegati tal-Bank.