Friday, October 23, 2026
Home Sport Il-boxer leġġendarju Awstraljan ta’ nisel Malti, Jeff Fenech, jiddaħħal l-isptar

Il-boxer leġġendarju Awstraljan ta’ nisel Malti, Jeff Fenech, jiddaħħal l-isptar

0
59

Il-leġġendarju Awstraljan tal-boxing Jeff Fenech, 62 sena, iddaħħal l-isptar minħabba problemi ta’ saħħa, fosthom għeja kbira u diffikultajiet biex jieħu n-nifs. 

Huwa tneħħielu embolu tad-demm mill-polz u sarulu testijiet biex jiġi stabbilit jekk reġgħetx feġġet infezzjoni perikoluża.S’issa ma ġietx ikkonfermata rikorrenza tal-infezzjoni. 

Peró, il-familjari huma mħassba dwar is-saħħa tiegħu. 

Ta’ min jgħid ukoll li l-ġenituri tiegħu huma Maltin. 

Missieru, Paul, huwa minn San Pawl il-Baħar u ommu, Mary, hija minn Birżebbuġa.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here