Friday, October 23, 2026
Home Sport Player Messikan akkużat b’bejgħ ta’ ċertifikati foloz tal-Covid-19

Player Messikan akkużat b’bejgħ ta’ ċertifikati foloz tal-Covid-19

0
53

Il-player Messikan ta’ West Ham, Edson Alvarez, ġie akkużat li kien involut f’network li allegatament biegħ ċertifikati foloz tat-tilqim kontra l-Covid-19.

Allegatament intqal li Alvarez, Jonathan Toache u tabib kienu jmexxu skema li permezz tagħha nħarġu madwar 27,000 ċertifikat, bi ħlas ta’ $500 kull wieħed.

Dawn id-dokumenti allegatament intużaw biex persuni jkunu jistgħu jivvjaġġaw mingħajr ma jkunu tlaqqmu. 

Madankollu, l-akkużi għadhom ma ġewx sostnuti minn evidenza pubblika u ma ġiet ikkonfermata ebda investigazzjoni uffiċjali. 

Alvarez għadu ma wieġebx pubblikament għal dawn l-allegazzjonijiet serji li tqajmu kontrih dwar il-każ.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here