Il-boxer Taljana Angela Carini, infaqgħet tibki wara li abbandunat il-ġlieda tagħha kontra l-Alġerina, Imane Khelif, wara 46 sekonda liema konfront qajjem kontroversja kbira fl-Olimpjadi.
Khelif hija waħda miż-żewġ boxers permessi jiġġieldu fl-Olimpjadi minkejja li s-sena l-oħra kienet skwalifikata mill- Kampjonati tad-Dinja tan-nisa talli falliet it-testijiet tat-testosterone u l-eliġibilità tas- sessi.
L-ewwel daqqa ta’ ponn li sofriet mingħand Khelif qaċċtitilha iċ-ċinga tal-geddum tal-kappell protettiv filwaqt li t-tieni daqqa ħarġitilha d-demm minn geddumha.
Wara dan Carini marret fir-rokna tagħha tibki u tgħajjat li din hija inġustizzja u saħansitra rrifjutat li tieħu b’id l-avversarja li bioloġikament twieldet bħala maskili.
Diżappuntata għall-aħħar, it-Taljana qalet li se tirtira għal kollox minn din il-karriera għax trid tibża’ għal ħajjitha.