Thursday, October 8, 2026
Home Sport Se jibda jinstema’ l-appell tas-Senegal dwar it-titlu tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani quddiem il-CAS

Se jibda jinstema’ l-appell tas-Senegal dwar it-titlu tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikani quddiem il-CAS

0
47

Il-Ħamis fil-Qorti tal-Arbitraġġ għall-Isport (CAS) se jibda jinstema’ l-appell tas-Senegal kontra t-tneħħija tat-titlu ta’ champions Afrikani. 

Is-Senegal qed jikkontesta d-deċiżjoni tal-CAF li ddikjarat lill-Marokk champions, minkejja li s-Senegal rebħu bl-iskor ta’  1-0 wara l-ħin barrani fil-finali ta’ Jannar, f’Raba, il-Marokk.

Il-players tas-Senegal ħarġu mill-ground għal 14-il minuta wara penalty, iżda l-Marokk fallew mill-11-il metru biex il-partita marret fil-ħin barrani fejn is-Senegal skorjaw il-goal tar-rebħa.

Xahrejn wara, il-Bord tal-Appelli tal-CAF iddeċieda li s-Senegal jitilfu l-partita u ngħatat rebħa ta’ 3-0 lill-Marokk. L-appell tressaq fil-25 ta’ Marzu. 

Il-panel ta’ tliet membri, immexxi minn Gerald Simon u assistit minn Luigi Fumagalli u Ulrich Haas, se jisma’ l-argumenti. 

Is-Senegal jargumenta li t-tluq temporanju ma jfissirx abbandun tal-partita. Is-seduta se ssir bil-bibien magħluqa. Id-deċiżjoni finali mhix mistennija il-Ħamis.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here