Il-coach Portugiż, Daniel Portela, li ftit tal-ġimgħat ilu nħall mill-kuntratt ma’ Floriana, jinsab ferm viċin li jingħaqad ma’ Hamrun Spartans.
Hu mifhum li Portela kellu taħdidiet ma’ Birkirkara wara li dawn infirdu minn mal-coach, Paul Zammit, u kollox kien jindika li kien se jiffirma magħhom.
Iżda fl-aħħar mumenti, huwa ġie avviċinat mill-Ispartans biex imexxi lit-team tagħhom wara sitwazzjonijiet li kellhom konsegwenzi li jwaqqfu l-kuntratt tal-coach Taljan, Marco Amelia.
Għaldaqstant, huwa mifhum li fis-sigħat li ġejjin Hamrun Spartans mistennija jħabbru l-ingaġġ ta’ Portela.
Dan il-coach ta’ 58 sena jgawdi rispett kbir fix-xena lokali hekk kif fl-istaġun li għadda mexxa lill-Greens għas-27 rebħ tal-kampjonat fl-istorja tal-club.
Huwa għamel id-debutt ma’ Floriana fil-kampjonat nhar is-17 ta’ Awwissu, 2025, fir-rebħa ta’ 3-1 fuq Naxxar Lions.
Huwa mexxa lill-Greens fi 38 partita, b’24 rebħa, 9 draws u 5 telfiet.




