Tuesday, September 24, 2024

Il-coach ta’ Union Berlin sospiż tliet logħbiet

Aqra wkoll

Il-coach ta’ Union Berlin, Nenad Bjelica, ingħata sospensjoni ta’ tliet logħbiet talli tefa’ idejh f’wiċċ l-attakkant Leroy Sane ta’ Bayern Munich.

L-inċident seħħ fl-74 minuta tal-logħba tal-Bundesliga tal-Erbgħa meta l-winger Sane pprova jieħu l-ballun mingħand Bjelica fuq il-linja ta’ ħdejn il-bankina tal-players riserva tat-team.

Bjelica, li wkoll ġie mmultat €25,000, għolla jdejh darb­tejn ma’ wiċċ Sane, imbuttah, u sussegwentement ġie mkeċċi.

Huwa wera “imġieba mhux sportiva”, qalet l-Assoċjaz­zjoni tal-Football Ġermaniża.

Il-Kroat ta’ 52 sena ilu fit-tmexxija ta’ Union Berlin minn Novembru u se jitlef il-logħob tal-Bundesliga kontra Darmstadt, RB Leipzig u Mainz.

Union, li fl-istaġun li għadda spiċċaw fir-raba’ post, jinsabu fil-15-il post u tliet punti biss bogħod mill-play-off tar-relegazzjoni.

Bayern jinsabu t-tieni, erba’ punti taħt il-leaders, Bayer Leverkusen, wara li rebħu l-logħba tal-Erbgħa 1-0.

Sport