Friday, April 19, 2024

Il-Covid-19 ma tinxteridx min-nemus u lanqas minn bidla fit-temp

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fost sezzjonijiet tal-poplu tagħna hemm diversi xniIl-Covid-19 ma tinxteridx min-nemus u lanqas minn bidla fit-tempgħat għaddejjin dwar il-Covid19 u t-trasmisssjoni ta’ dan il-virus.  Huma diversi dawk li qed jargumentaw, forsi għax qraw x’imkien li l-Covid-19 tista’ tinxtered minn nemus infettat. Oħrajn qegħdin jargumentaw li l-Covid-19 tista’ tinfirex u tista’ teħodha mill-ilma tal-pixxina u saunas. Hemm min qed isostni ukoll li l-fatt li resqin lejn il-bidu tal-Ħarifa u għalhekk temperaturi aktar baxxi dan se jwassal għal aktar żieda fit-tixtrid tal-Covid-19.

Dwar dawn ix-xnigħat li qed jinxterdu b’mod mgħaġġel fuq is-siti soċjali u ma jonqosx li f’Malta hawn min qed jirrepetihom, tkellmet b’mod ċar Dr Sylvie Briand, id-Direttur tad-Dipartiment ta’ Global Infectious Hazard Preparedness. 

Dwar il-kwistjoni tal-bidla fit-temperaturi u fit-temp hi tiddikjara b’mod ċar li “minn dak li rajna sa issa, u dan f’għadd ta’ pajjiżi, bi klima sħuna xorta waħda kien hemm każi fejn l-imxija żdiedet. Rajna ukoll li fl-istess żmien pajjiżi bi kliema aktar kiesħa, dawn ukoll kellhom żidiet f’każi ta’ imxija. Għalhekk jidher li t-temp u l-klima ma jaffettwawx b’mod sinifikanti it-trasmissjoni ta’ Covid19. Li nistgħu ngħidu biċ-ċert hu li hemm ċirkostanzi speċifiċi  li jaffettwaw it-tixrid tal-virus.  Dawn huma li wieħed jagħmel ħin twil ġo folla, jew x’imkien f’post magħluq b’ventilazzjoni limitata. F’dan il-kundizzjonijiet hemm ħafna aktar riskju li jkun hemm trasmissjoni tal-virus. Dan jiġri fix-xitwa, għax fl-apert tkun il-kesħa u n-nies jagħżlu li joqgħodu ġewwa f’postijiet li ma jkollhomx ventilazzjoni tajba, ikunu magħluqin u fihom ikun hemm ħafna nies.”

Titkellem dwar il-kwistjoni tal-pixxini u jekk wieħed jistax jieħu l-virus mill-ilma. Tisħaq li “mill-ilma wieħed ma jistax jieħu l-Covid-19. L-ilma tax-xorb ma jittrasmettix il-Covid19.  Jekk tgħum f’pixxina jew hekk ma tistax tieħu l-Covid19 mill-ilma.  Biss li jiġri hu liu jekk inti tmur tgħum ġo pixxina, li fiha jkun hemm ħafna nies u jekk inti tkun qribhom u xi ħadd ikun infettat, inti tista’ faċilment tiġi infettat. Għalhekk anke fejn jirrigwarda l-pixxina hemm bżonn li jinżammu id-distanzi soċjali.”

Titkellem ukoll dwar jekk in-nemus ixerrdux il-virus tal-Covid-19 u tisħaq li “n-nemus ma’ jistgħux jittrasmettu l-Covid-19. Nafu imma li xi virus bħal dak taż-Zika, Chikungunya u Yellow Fever jistgħu jinxterdu minn nemus.  Imma l-Covid-19 ma jistax jinxtered minn nemus.” 

Sport