Wednesday, April 24, 2024

“L-anzjani fost l-aktar li jsofru bl-ansjetà minħabba l-pandemija”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Miktub minn Maria Azzopardi

Il-Psikologu Kliniku u Lettur Anzjan fl-Università ta’ Malta Michael Galea osserva żieda fl-ansjetà minħabba l-pandemija tal-Covid-19, iżda l-akbar żieda kienet fost l-anzjani li sfortunatament għaddejjin minn tibdil, li ħafna drabi jkun wieħed radikali, fejn bosta huma dawk li qed jiġu mitluba jgħaddu iktar ħin ġo djarhom, spiss ‘il bogħod mill-għeżież tagħhom, ħbieb u kollegi. Fuq kollox, ir-rutini tagħhom ġew mibdula mil-lejl għan-nhar, inkluż ħruġ laqgħat soċjali u oħrajn.

“Dan kollu quddiem żieda fl-ans jetà u biża’ ta’ mard u mewt tagħhom u ta’ dawk madwarhom. Meta tqis li fl-Ewropa, iktar minn 95% tal-fatalitajiet marbuta mal-Covid-19 huma persuni ta’ ‘l fuq minn 60 sena,” spjega Galea. Din is-sitwazzjoni rajniha sseħħ ukoll fuq bażi lokali fejn il-maġġorparti tal-fatalitajiet marbuta mal-Covid-19 kellhom aktar minn 70 sena.

Għaldaqstant, huwa qal li huwa kruċjali li noħolqu opportunitajiet ta’ anzjanità sana u attiva f’daż-żmien ta’ pandemija, hekk kif resqin lejn ix-xitwa, żmien li jaf ikun diffiċli iktar qabel ma jinstab vaċċin biex jikkura din il-marda. Huwa spjega li l-Ġnus Magħquda tqis li din il-pandemija qed iżżid riskji iktar fost l-anzjani fejn jidħol faqar, is-saħħa fiżika u mentali tal-persuni involuti.

“Quddiem sitwazzjonijiet f’diversi pajjiżi fejn numru ta’ mwiet ġraw u qed jiġru f’residenzi għall-anzjani, hemm bżonn iktar kontinwità tas-servizzi professjonali li s-soltu jkunu jeżistu għal dawn il-persuni vulnerabbli, servizzi ta’ saħħa mentali, paljattivi u ġerjatriċi. Persuni anzjani għandhom mhux biss bżonnijiet li s-soċjetà trid tagħti każ, imma anke drittijiet li għandhom jiġu mħarsa,” qal Galea.

Il-Psikologu qal li l-ewwel nett, il-carers li jieħdu ħsieb tal-anzjani, tajjeb li jżommu lilhom infushom fi stat ta’ saħħa tajba u sana, bħal ħasil sew tal-idejn qabel u wara kull servizz, preparazzjoni tal-ikel, fost oħrajn; jevitaw il-folol; jużaw protokolli ta’ sanità u ndafa kemm għalihom stess (mod san għal meta jisgħolu, ma jmissux wiċċhom b’idejhom, u oħrajn), imma anke għall-anzjani fil-kura tagħhom bħal tindif spiss ta’ affarijiet li l-anzjani jmissu.

Minn-naħa l-oħra, huwa qal li l-anzjani għandhom jipprattikaw distanzi fiżiċi pero joqgħodu attenti minn iżolament soċjali u għalhekk tajjeb li jżommu kuntatt bit-telefon, tagħlim u jkollhom għarfien dwar użu tal-midja soċjali. “Fejn ma tafx, staqsi. Jekk qed tara li ħabib/a ilhom ma jċemplulek, anke jekk imiss li jċemplu huma, aqbad u ċemplilhom int – ħu l-inizjattiva. Importanti fuq kollox, li żżomm lilek innifsek okkupat: forsi tirranġa xi album tar-ritratti, forsi xi tisjira li ilek toħlom li tagħmel jew xi film li ilek tixtieq tara. Hu x’inhu li tixtieq tagħmel, agħmlu b’mod entużjast u oriġinali. Ħu gost b’li qed tagħmel. Agħmlu b’passjoni u b’enerġija, qisek qed tagħmlu għall-ewwel darba. Kuraġġ,” temm jgħid il-Psikologu.

Sport