“B’referenza għal diversi rapporti u artikli fil-midja dwar żvilupp ġewwa l-Armier, l-Awtorità tal-Ippjanar tixtieq tikkonferma li ħarġet avviż ta’ infurzar EC/071/26 kontra individwu responsabbli, kif ukoll kontra l-Awtorità tal-Artijiet fil-kapaċità tagħha bħala s-sid tal-art.
L-individwu ġie ordnat iwaqqaf ix-xogħlijiet u jneħħi l-iżvilupp illegali. Madankollu, l-Awtorità tal-Ippjanar tinnota li, minflok ma kkonforma ma’ dawn l-istruzzjonijiet, dawn l-ordnijiet ġew injorati u l-iżvilupp mhux awtorizzat baqa’ għaddej.”
Hekk intqal fi stqarrija li ħarġet l-Awtorità tad-Djar dwar il-binja illegali fl-Armier.
Skont il-leġiżlazzjoni fis-seħħ, l-avviż tal-infurzar jagħti perjodu ta’ 16-il jum sabiex is-sit jerġa lura għall-istat oriġinali tiegħu.


