Wednesday, June 10, 2026

Rebħiet kbar fit-tieni ġimgħa tal-Malta Beach Soccer League tal-irġiel

Aqra wkoll

Matul dawn il-jiem kompla l-kampjonat tal-Beach Soccer tal-irġiel li qed isir fil-Bajja s-Sabiħa f’Birżebbuġa fejn spikkat ir-rebħa kbira ta’ La Playa de Arena li għelbu lil Ballun FC 14-2.

Rebħa kbira oħra kisbuha Spartans li ddominaw il-konfront tagħhom kontra Phoenix FC hekk kif rebħu 10-1.

F’aktar riżultati, Costa Viola xejn ma sabuha faċli sabiex għelbu lil Phoenix FC 2-1 filwaqt li f’logħba mimlija gowls, W/A Agency rebħu 16-8 kontra Ballun FC.

Matul din il-ġimgħa jkompli l-logħob minn dan il-kampjonat fejn illum fis-6pm, Phoenix FC jaffrontaw lil Ballun FC filwaqt li fis-7.15pm Costa Viola għandhom impenn kontra La Playa de Arena.

Nhar il-Ġimgħa li ġej, jidħlu fl-azzjoni Sliema Beach Soccer li jilagħbu kontra W/A Agency fis-6pm filwaqt li Phoenix FC jaffaċċjaw lil Ħamrun Beach Soccer.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport