Wednesday, June 10, 2026

Għaxaq jibqgħu fil-quċċata wara rebħa oħra konvinċenti

Aqra wkoll

Għaxaq komplew bis-serje pożittiva tagħhom u baqgħu bla telfa fil-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tal-Boċċi wara rebħa konvinċenti ta’ 21-5 fuq San Ġwann, biex żammew l-ewwel post tal-klassifika. Fit-tieni post hemm St. Peter’s Żabbar, li għelbu lil Buġibba 21-7, filwaqt li Msida saħħew it-tielet post wara suċċess ta’ 21-17 kontra Birkirkara.

L-aktar logħba bilanċjata kienet dik bejn Żurrieq u Qormi San Bastjan, bir-rebħa tmur għand iż-Żrieraq bl-iskor ta’ 21-19. F’logħbiet oħra, Santa Venera għelbu lil Żebbuġ 21-9, filwaqt li Żejtun kisbu rebħa ta’ 21-7 kontra Lija.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport