Saturday, May 4, 2024

Il-Fergħa tal-BOV tal-Gżira tingħalaq temporanjament

Aqra wkoll

Il-Bank of Valletta avża fi stqarrija, speċjalment lill-klijenti li jagħmlu użu mill-Fergħa tal-Gżira, li din il-fergħa se tingħalaq b’mod temporanju. Din hi miżura prekawzjonarja kontra l-COVID-19, biex tiġi żgurata s-sigurtà u s-saħħa kemm tal-klijenti kif ukoll tal-impjegati tal-Bank.

Il-klijenti huma ġentilment mitluba biex jużaw l-ATM li tinstab ma din il-Fergħa jew kwalunkwe ATM oħra tal-Bank of Valletta madwar Malta u Għawdex għall-ħtiġijiet ta’ flus kontanti u depożiti. Il-klijenti huma mħeġġa sabiex jużaw il-BOV Internet Banking, il-BOV Mobile Banking, il-BOV Pay u l-BOV Debit u Credit Cards għall-ħtiġijiet bankarji u pagamenti.

Il-Bank skuża ruħu għal kull inkonvenjent lill-klijenti tiegħu. Mhux magħruf jekk instabx xi każ ta’ COVID-19 f’din il-fergħa fost l-impjegati jew il-klijenti.

Sport